Wednesday, 20 January 2010

Emozzjoni, ħsieb, determinazzjoni? ...

bħad dawl tas sebħ
u r-raġġi tax xemx,
l-kulur tal-għajnejn
l-qawsalla.
il-muftieħ mitluq
f’idejn zgħar,
twajbin,
imma mfixklin -
mgħoti b’lealtà
li mixtieqa.
Mitħaddta,
ta’ kultant,
iżda mixtieqa f’kull hin.
F’kull ħin u f’kull mument
Il-ħsieb li ma jitħarrikx
Il-qalb li ma tieqafx                                          
Imma l-muftieħ
F’idejn mifxula
Ta’ spiss?
Jew ta' kultant..
Skont.
Ħajja ġdida –
(Mhux l-ewwel darba.)
 Determinazzjoni.
Imħabba.
Rispett.
Bħad-dawl tas-sebħ
U r-raġġi tax-xemx,
l-kulur tal-għajnejn
l-qawsalla
l-muftieħ ………..