Nitkellmu dwar it-tħażżiz
Qisna qed nitkellmu fuq nisġa
Nisġa ta’ għanqbud maqgħudin perfettament
Li ma tinħallx
iż-żerniq kaħli
mal-għabex ta’ filgħodu
u sema blu mad-dfin ta’ fil-għaxija
kollox tajjeb – kollox perfett
u nifhem u tmerinix
nuża l-muskoli kollha ta’ moħħi biex inżomm bilanċ
nimxi mal-mogħdija mat-twerżiq problematiku
bażi bla bazi konkluzjoni fil-bidu.
Imma nifhmu
F’kollox