Friday, 13 January 2012

ghax jien midneb

Stajt nisma' l-għajta tal-umanità
tibki u twerżaq għall-fideltà
mitluf bħallikieku b'magħmul
u maż-żmien baqa' xejn mhu mibdul

Imma lil hinn mill-mogħdrija
tismani nibki bħal tarbija
għax irrid inkun dak li minix
jien dak li 'l quddiem ma nimxix

l-għajta ġejja minn ġo fija
xewqa tal-bidla - tmiem it-tbatija
passività u nuqqas t'enerġija
dejjem ninħeba bil-mistħija

F'tarf irdum mimli ħtija
dak li jibki għat-tjubija
maħfra biss hi mistennija
fi tmiem ħajja ta' kefrija