Thursday, 11 November 2010

Issa jien!

Nitħassrek
pupu f'idejn is-soċjetà
f'idejn l-imħabba li fnietek
li kissritek u ġabitek biċċiet

qum fuq tiegħek
uri lid-dinja li int mintix żibel
urini li ħa tikber ja tifel
li ħa tmur lil hinn mill-bejta

tir o għasfur
maqbud fil-gaġġa
taqtax qalbek, xi darba jeħilsuk
                  
imma mhux qabel ma jgħasruk

tir! Prova! Ssielet!
tħallix il-min joħonqok
thallix min jisirqek
urihom x'int, isa tir.  Tir.

xitan, xjaten
iva hekk hu..dan nies żibel
għadek ma ndunajtx?
issa l-mument li turi taħt qoxortok...

urih lix-xitan
tħallihx iwaqqgħek fid-dnub ja tifel
urih li int qed issir raġel u li m’għadekx iblah
urih..

urih urihom urini
uri lilek innifsek,
erġa’ kun id-dawl tad-dinja
erġa’...


kif kollox irnexxhielu jinbidel?
u l-folja nqalbet..
ghax issa jien sirt iz-zibel
u int sirt dak li dejjem jixghel

No comments:

Post a Comment